Ix- Xjenza tal-Laboratorju Mediku (MLS) hija Professjoni tas-Saħħa Alleata li tista’ tiġi deskritta bħala ditektifs tal-kura tas-saħħa li jaħdmu wara l-kwinti. Huma jittrattaw l-analiżi dijanjostika ta’ diversi kampjuni bijoloġiċi bl-użu ta’ tekniki u kompetenza avvanzata. It-talbiet tat-test isiru minn tabib u r-riżultati mbagħad jiġu rrapportati lura għal kwalunkwe azzjoni meħtieġa. Deċiżjonijiet mediċi kritiċi li jbiddlu l-ħajja huma bbażati fuq riżultati tal-laboratorju. Ix-Xjenztist tal-Laboratorju Mediku huwa meħtieġ li jkollu għarfien estensiv tal-fiżjoloġija, korrelazzjoni ta’ dejta tal-laboratorju ma’ mard speċifiku, għarfien dwar strumentazzjoni u tekniki u wkoll prinċipji u metodoloġiji tat-test. Ix- Xjenztist tal-Laboratorju Mediku għandu jkun iċċertifikat professjonalment mas-CPCM biex ikun jista’ jaħdem f’laboratorju dijanjostiku.
Il-professjoni tifrex f’diversi speċjalizzazzjonijiet u ħiliet:
Batterjoloġija
Trasfużjoni tad-Demm inkluż Blood Banking
Kimika Klinika
Koagulazzjoni
Ċitoġenetika
Ċitoloġija
Ambjentali / Saħħa Pubblika
Ematoloġija
Istoloġija
Immunoħistokimika
Immunoloġija
Ġestjoni tal-Laboratorju
Dijanjostika Molekulari għal Mard Infettiv
Ġenetika Molekulari u Onkoloġija
Patoloġija Mortwarja u Anatomika
Mikoloġija
Parasitoloġija
Pre-Analitiku
Akkwisti
Tossikoloġija
Viroloġija
Il-professjoni hija wkoll responsabbli għal:
Tagħlim ta’ studenti Universitarji u tal-MCAST li jsegwu l-kors tax-Xjenza Bijomedika Applikata u korsijiet oħra relatati.
Is-servizz tal-flebotomija huwa offrut madwar Malta kollha, fl-istituzzjonijiet tas-saħħa ewlenin kollha inpatient kif ukoll out-patient; ċentri tas-saħħa/bereġ u wkoll fil-kura fil-komunità.