Ix- Xjenza tal-Laboratorju Mediku (MLS) hija Professjoni tas-Saħħa Alleata li tista’ tiġi deskritta bħala ditektifs tal-kura tas-saħħa li jaħdmu wara l-kwinti. Huma jittrattaw l-analiżi dijanjostika ta’ diversi kampjuni bijoloġiċi bl-użu ta’ tekniki u kompetenza avvanzata. It-talbiet tat-test isiru minn tabib u r-riżultati mbagħad jiġu rrapportati lura għal kwalunkwe azzjoni meħtieġa. Deċiżjonijiet mediċi kritiċi li jbiddlu l-ħajja huma bbażati fuq riżultati tal-laboratorju. Ix-Xjenztist tal-Laboratorju Mediku huwa meħtieġ li jkollu għarfien estensiv tal-fiżjoloġija, korrelazzjoni ta’ dejta tal-laboratorju ma’ mard speċifiku, għarfien dwar strumentazzjoni u tekniki u wkoll prinċipji u metodoloġiji tat-test. Ix- Xjenztist tal-Laboratorju Mediku għandu jkun iċċertifikat professjonalment mas-CPCM biex ikun jista’ jaħdem f’laboratorju dijanjostiku.

Il-professjoni tifrex f’diversi speċjalizzazzjonijiet u ħiliet:

  • Batterjoloġija
  • Trasfużjoni tad-Demm inkluż Blood Banking
  • Kimika Klinika
  • Koagulazzjoni
  • Ċitoġenetika
  • Ċitoloġija
  • Ambjentali / Saħħa Pubblika
  • Ematoloġija
  • Istoloġija
  • Immunoħistokimika
  • Immunoloġija
  • Ġestjoni tal-Laboratorju
  • Dijanjostika Molekulari għal Mard Infettiv
  • Ġenetika Molekulari u Onkoloġija
  • Patoloġija Mortwarja u Anatomika
  • Mikoloġija
  • Parasitoloġija
  • Pre-Analitiku
  • Akkwisti
  • Tossikoloġija
  • Viroloġija

Il-professjoni hija wkoll responsabbli għal:

  • Tagħlim ta’ studenti Universitarji u tal-MCAST li jsegwu l-kors tax-Xjenza Bijomedika Applikata u korsijiet oħra relatati.
  • Job shadowing
  • Servizzi tal-Flebotomija

Lokalment l-MLS jwettaq dmirijiet f’diversi postijiet:

  • Fl-Isptar Mater Dei – Dipartiment tal-Patoloġija
  • Fis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm
  • Fl–Isptar Ġenerali t’Għawdex
  • Fil-Laboratorju tas-Saħħa Pubblika

Is-servizz tal-flebotomija huwa offrut madwar Malta kollha, fl-istituzzjonijiet tas-saħħa ewlenin kollha inpatient kif ukoll out-patient; ċentri tas-saħħa/bereġ u wkoll fil-kura fil-komunità.