Il-Missjoni Tagħna

Il-Missjoni tad-Direttorat tas-Servizzi tal-Allied Heath hija li jinkisbu l-aqwa riżultati tas-saħħa għan-nies f’Malta u Għawdex billi jkun il-fornitur ewlieni u l-aktar fiduċjuż, permezz ta’ riżors uman kwalifikat u b’esperjenza, infurmat u ħiliet diġitali.

VIŻJONI

Id-Direttorat tas-Servizzi tal-Allied Health jista’ jagħti l-aqwa riżultati tas-saħħa għan-nies ta’ Malta u Għawdex billi:

1) Imexxi il-proċess ta’ żvilupp u taħriġ diġitali permezz tal-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni.

2) Jibni sħubijiet u networks biex jappoġġja l-ħaddiema b’ħiliet diġitali.

3) Javvanza l-eċċellenza permezz tar-riċerka, prattika bbażata fuq l-evidenza, għarfien, u ħiliet kemm lokalment kif ukoll globalment.

4) Irawwem il-qafas ta’ kwalita’ standardizzat u armonizzat immexxi minn prattiċi diġitali.

5) Jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq id-data.