Is-Servizzi Tagħna
Deskrizzjoni
Is-Servizzi Psikoloġiċi fi ħdan id-diviżjoni tas-Saħħa għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u l-benessri psikoloġiku tal-individwi. L-għanijiet ewlenin ta’ dawn is-servizzi huma li joffru appoġġ psikoloġiku, terapija u assessjar għat-tfal, adoloxxenti, adulti u persunal.
Dawn is-servizzi jingħataw permezz ta’ 4 timijiet li jaħdmu f’oqsma differenti:
- Tim wieħed fis-Saħħa Ġenerali
- Żewġ timijiet fis-Saħħa Mentali
- Tim wieħed għat-Tfal u l-Adolexxenti
Proċedura
Il-persuni huma ġeneralment referuti minn speċjalista rikonoxxut fil-qasam rilevanti. Fil-każ ta’ appoġġ tal-persunal, ir-referenzi awtonomi huma aċċettati.
Eliġibilità
Il-persuni kollha li jagħmlu użu mis-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa f’Malta u Għawdex taħt il-prattika kurrenti.
Dokumenti Meħtieġa
Karta tal-Identità jew dokument ieħor ta’ identifikazzjoni u biljett ta’ referenza ffirmat mill-ispeċjalista rilevanti.
Kif Tikkuntattjana
Tista’ tikkuntattjana billi:
- Tiġi personalment fl-uffiċċju tagħna
- Tikkuntattjana permezz tat-telefon
- Tibgħatilna email/Tiktbilna
L-Uffiċċju Tagħna
Saħħa Ġenerali
- L-Isptar Mater Dei: 2545 6900 / 6901
- Appoġġ tal-Persunal: 2545 6900 / 6901
- L-Isptar Karin Grech: 2545 6900 / 6901
- L-Isptar Boffa: 2122 4491 / 4581
Saħħa mentali
- L-Isptar Monte Karmeli: 2141 5183
Tfal u Adoloxxenti
- CDAU L-Isptar San Luqa: 2595 1791
- Klinika għal Servizzi ta’ Pariri għat-Tfal, L-Isptar San Luqa: 2595 1800 / 1799
Ħinijiet tal-ftuħ
Il-ħinijiet tal-ftuħ tagħna huma:
- It-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:30 a.m. – 3:00 p.m.