L-għan ta’ dan is-servizz huwa li jassisti lill-klijenti, żgħażagħ, adulti u xjuħ u minn kull strata tas-soċjetà biex jiksbu u jżommu livell ottimali ta’ saħħa orali. Iġjenisti dentali jgħinu biex jipprevjenu t-tħassir tas-snien u l-mard tal-ħanek billi jneħħu l-kalkulu mill-uċuħ tas-snien tal-pazjenti u jipprovdulhom edukazzjoni dwar kif jieħdu ħsieb b’mod effettiv is-snien u l-ħanek tagħhom u l-effetti tad-dieta, it-tipjip u drawwiet oħra fuq is-saħħa orali tagħhom u s-saħħa ġenerali.