Is-Servizzi tat-Teknoloġija Dentali jinkludu prostetiċi fil-provvista ta’ dentaturi, sħaħ jew parzjali, it-tiswija tagħhom u kull alterazzjoni oħra. Is-servizzi ortodontiċi jirreferu għal apparati li jikkoreġu l-pożizzjonijiet tas-snien biex itejbu l-okklużjoni, il-funzjoni, l-estetika u relazzjonijiet kumplikati oħra tax-xedaq. Servizzi speċjalizzati fir- Rikostruzzjoni Maxillo tal-wiċċ ta’ pazjenti trawmatizzati u morda (ġenetikament jew dijanjostikati b’kundizzjoni medika) huma pprovduti wkoll.