Ix- Xjenza tal-Laboratorju Mediku (MLS) hija Professjoni tas-Saħħa Alleata li tista’ tiġi deskritta bħala ditektifs tal-kura tas-saħħa li jaħdmu wara l-kwinti. Huma jittrattaw l-analiżi dijanjostika ta’ diversi kampjuni bijoloġiċi bl-użu ta’ tekniki u kompetenza avvanzata.