Is-Servizzi Tagħna
Deskrizzjoni
In-nutrizzjonisti jużaw l-għarfien tagħhom fix-xjenza tal-ikel biex jipprovdu informazzjoni bbażata fuq l-evidenza, flimkien ma’ gwida dwar l-impatti tal-ikel u n-nutrizzjoni fuq is-saħħa u l-benessri, lil individwi u gruppi ta’ nies.
In-nutrizzjonisti jaħdmu f’diversi ambjenti, inkluż fil-komunità, f’organizzazzjonijiet tas-saħħa, jew fis-saħħa pubblika. Diversi entitajiet lokali fejn jaħdmu n-nutrizzjonisti jinkludu d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard (HPDP), il-Kura tas-Saħħa Primarja (PHC) u Dar Kenn Għal Saħħtek (DKGHS).
In-nutrizzjonisti jiżviluppaw programmi u jużaw l-għarfien tagħhom biex jgħinu lill-individwi u lill-gruppi jagħmlu għażla tajba dwar dak li jieklu. Ħafna drabi jaħdmu ma’ gruppi speċifiċi ta’ nies, bħal adoloxxenti, nies li jgħixu bl-obeżità, jew anzjani.
In-nutrizzjonisti kollha impjegati mill-Ministeru temmew kwalifika approvata u huma reġistrati biex jipprattikaw mal-Kunsill għall-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina. Huma jaħdmu mill-qrib mal-professjonisti mediċi, mal-infermiera u mal-professjonisti tas-saħħa alleata rilevanti.
Skont il-qasam tax-xogħol, in-nutrizzjonist tipikament:
Proċedura
Individwi li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibilità għal kwalunkwe interventi tal-grupp imwettqa minn nutrizzjonisti, jistgħu jew jirreferu lilhom infushom, jew jiġu riferuti minn tabib, jew minn professjonist fil-kura tas-saħħa.
Dokumenti Meħtieġa
Formoli ta’ referenza standard minn tobba u professjonisti tal-kura tas-saħħa.
Formoli ta’ applikazzjoni rilevanti għal interventi mogħtija minn HPDP għas-servizzi bħall-programm ta’ kontroll tal-piż. Għal servizzi edukattivi oħra dwar in-nutrizzjoni offruti mid-Direttorat tal-HPDP, individwi jistgħu jesprimu interess għal interventi permezz tal-indirizz elettroniku:[email protected]
Email mibgħut minn individwu li jesprimi interess għal interventi mogħtija minn PHC fuq l-indirizz elettroniku [email protected].
Proċess tal-Back Office
Skont l-entità u n-natura tas-servizz, partikolarment għal sessjonijiet ta’ gruppi, in-nutrizzjonisti jirċievu referenzi permezz ta’ formoli ta’ riferiment minn tobba u professjonisti tal-kura tas-saħħa, permezz ta’ formoli ta’ applikazzjoni, jew permezz ta’ awtoreferenzi. Ir-riferimenti riċevuti jiġu vverifikati skont il-lokalità. Kull klijent jiġi mgħarraf bit-telefon, ittra, email u/jew SMS li l-applikazzjoni tiegħu tkun waslet u tingħata informazzjoni dwar il-kors disponibbli li jmiss. L-informazzjoni u r-rekords kollha rilevanti tal-klijenti jinżammu taħt politika ta’ kunfidenzjalità stretta.
Mistoqsijiet Frekwenti
Mistoqsija: X’għandi nagħmel jekk ma nistax nattendi sessjoni tal-grupp għal xi raġuni?
Tweġiba: Idealment, inti mitlub tipprova tattendi s-sessjonijiet kollha tal-grupp. Suġġetti differenti huma koperti kull ġimgħa. Madankollu, jekk ikollok bżonn titlef waħda mis-sessjonijiet tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-entità rilevanti kemm jista’ jkun malajr. In-nutrizzjonist tiegħek jkun jista’ jibgħatlek kwalunkwe tagħrif kopert matul is-sessjoni mitlufa permezz ta’ email. Jekk titlef 3 sessjonijiet konsekuttivi, titneħħa mis-servizz u tkun teħtieġ referenza oħra jekk trid tattendi sessjonijiet tal-grupp mill-ġdid.
Mistoqsija: Wara li niġi riferut għand nutrizzjonista, kemm ikolli nistenna għal appuntament?
Tweġiba: Ladarba ssir referenza għas-servizz tagħna, tiġi kkuntattjat minn nutrizzjonista fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta ssir ir-referenza. Int tingħata aktar dettalji dwar is-servizz, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-grupp li jmiss li jibda.
Mistoqsija: Għandi bżonn inġib xi ħaġa miegħi għas-sessjonijiet tal-grupp?
Tweġiba: Għalkemm ser jiġu pprovduti handouts, ġib note pad u pinna/lapes biex tieħu noti, jekk tixtieq. Xi programmi jinżammu onlajn permezz ta’ Microsoft Teams, għalhekk huma meħtieġa kompjuter u konnessjoni tal-internet.
Kif tikkuntattjana
Kura tas-Saħħa Primarja:
Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard:
Dar Kenn Għal Saħħtek:
Meta żżur il-bini tagħna aħna:
Meta ċċempelna tista’ tistenna li: