Il- ħaddiem soċjali, fi ħdan l-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech, jifforma parti mit-Tim Inter-Professjonali, filwaqt li jaħdem ukoll kemm mal-pazjenti kif ukoll mal-familji tagħhom minn dakinhar li l-pazjent jiddaħħal l- isptar sa meta jmur lura d-dar. Il-Ħaddiem Soċjali għalhekk huwa involut fuq żewġ livelli: (1) Prattika Klinika tal-Ħidma Soċjali; u (2) Prattika Inter-Professjonali.
Il-Persuna li tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità biex tibbenefika minn dan is-servizz tista’ tiġi riferuta minn Konsulent fi ħdan KGRH.
Proċedura
Eliġibilità
Iċ-ċittadini Maltin jew barranin kollha li jirċievu servizz jew bħala Inpatient jew bħala Outpatient.
Dokumenti Meħtieġa
Xejn mhu meħtieġ.
Proċess tal-Back Office
Bħala parti mill-Prattika Klinika tal-Ħidma Soċjali, il-Ħaddiema Soċjali jagħmlu valutazzjoni fil-fond tal-klijenti (il-Pazjent u l-familja tagħhom). L-għan tal-valutazzjoni huwa li jiġu identifikati l-aspettattivi, ix-xewqat, it-tħassib, l-isfidi u l-ħtiġijiet tal-klijenti, billi:
Ngħinu lill-klijenti waqt il-luttu fir-rigward tal-kundizzjoni u s-sitwazzjoni preżenti tagħhom;
Nippermettu u nagħtu s-setgħa lill-klijenti biex isolvu dawk il-kwistjonijiet li jistgħu jiġu solvuti, ngħinu lill-familji biex jaġixxu mas-sitwazzjonijiet preżenti, nipprovaw innaqqsu d-differenzi bejniethom u nfittxu modi ġodda/alternattivi biex ngħinuhom ilaħħqu;
L-inkoraġġiment tal-carers biex jipparteċipaw fil-proċess tal-kura, jaċċettaw u jfittxu appoġġ u jifhmu li s-saħħa u l-benessri tagħhom huma importanti wkoll;
Bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-Ħidma Soċjali, il-Ħaddiem Soċjali se:
Jibni relazzjoni ta’ fiduċja reċiproka bejn il-klijent/i u l-ħaddiem soċjali;
Jirreferi klijent/i lil aġenziji oħra kif ikun xieraq;
Jagħti għajnuna lill-klijent/i biex jippjanaw għall-ħruġ mill- isptar wara l-perjodu ta’ rijabilitazzjoni bħala inpatients jew fl-Isptar ta’ Matul il-Jum/Outpatients;
Tagħmel disponibbli formoli ta’ applikazzjoni u informazzjoni, dwar in-netwerk tas-servizzi komunitarji;
Bħala parti mill-Prattika Inter-Professjonali, il-Ħaddiem Soċjali jipparteċipa waqt ward rounds u konferenzi ta’ kull ġimgħa, Sessjonijiet ta’ Taħriġ għall-Familja, Żjarat fid-Dar u meta jkun meħtieġ, Sessjonijiet Konġunti ma’ professjonisti oħra prinċipalment waqt sessjonijiet ta’ terapija.
Kif Tikkuntattjana
Tista’ tikkuntattjana billi:
Tiġi personalment fl-uffiċċju tagħna
Tikkuntattjana permezz tat-telefon jew fax
L-Uffiċċju Tagħna
Indirizz: Dipartiment tal- Ħidma Soċjali, L-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech, Telgħa ta’ G’Mangia, Pietà PTA 1312
Telefon: 2344 1572
Ħinijiet tal-ftuħ
Aħna miftuħa matul il-ħinijiet li ġejjin:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9:00 a.m. – 5:00 p.m.
Meta żżur l-Uffiċċju tagħna aħna se:
Naqduk malajr u bil-korteżija u ser inkunu ta’ għajnuna