Is-Servizzi Tagħna

Deskrizzjoni

Il- ħaddiem soċjali, fi ħdan l-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech, jifforma parti mit-Tim Inter-Professjonali, filwaqt li jaħdem ukoll kemm mal-pazjenti kif ukoll mal-familji tagħhom minn dakinhar li l-pazjent jiddaħħal l- isptar sa meta jmur lura d-dar. Il-Ħaddiem Soċjali għalhekk huwa involut fuq żewġ livelli: (1) Prattika Klinika tal-Ħidma Soċjali; u (2) Prattika Inter-Professjonali.

Il-Persuna li tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità biex tibbenefika minn dan is-servizz tista’ tiġi riferuta minn Konsulent fi ħdan KGRH.

Proċedura

Eliġibilità

Iċ-ċittadini Maltin jew barranin kollha li jirċievu servizz jew bħala Inpatient jew bħala Outpatient.

Dokumenti Meħtieġa

Xejn mhu meħtieġ.

Proċess tal-Back Office

Bħala parti mill-Prattika Klinika tal-Ħidma Soċjali, il-Ħaddiema Soċjali jagħmlu valutazzjoni fil-fond tal-klijenti (il-Pazjent u l-familja tagħhom). L-għan tal-valutazzjoni huwa li jiġu identifikati l-aspettattivi, ix-xewqat, it-tħassib, l-isfidi u l-ħtiġijiet tal-klijenti, billi:

  • Ngħinu lill-klijenti waqt il-luttu fir-rigward tal-kundizzjoni u s-sitwazzjoni preżenti tagħhom;
  • Nippermettu u nagħtu s-setgħa lill-klijenti biex isolvu dawk il-kwistjonijiet li jistgħu jiġu solvuti, ngħinu lill-familji biex jaġixxu mas-sitwazzjonijiet preżenti, nipprovaw innaqqsu d-differenzi bejniethom u nfittxu modi ġodda/alternattivi biex ngħinuhom ilaħħqu;
  • L-inkoraġġiment tal-carers biex jipparteċipaw fil-proċess tal-kura, jaċċettaw u jfittxu appoġġ u jifhmu li s-saħħa u l-benessri tagħhom huma importanti wkoll;

Bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-Ħidma Soċjali, il-Ħaddiem Soċjali se:

  • Jibni relazzjoni ta’ fiduċja reċiproka bejn il-klijent/i u l-ħaddiem soċjali;
  • Jirreferi klijent/i lil aġenziji oħra kif ikun xieraq;
  • Jagħti għajnuna lill-klijent/i biex jippjanaw għall-ħruġ mill- isptar wara l-perjodu ta’ rijabilitazzjoni bħala inpatients jew fl-Isptar ta’ Matul il-Jum/Outpatients;
  • Tagħmel disponibbli formoli ta’ applikazzjoni u informazzjoni, dwar in-netwerk tas-servizzi komunitarji;

Bħala parti mill-Prattika Inter-Professjonali, il-Ħaddiem Soċjali jipparteċipa waqt ward rounds u konferenzi ta’ kull ġimgħa, Sessjonijiet ta’ Taħriġ għall-Familja, Żjarat fid-Dar u meta jkun meħtieġ, Sessjonijiet Konġunti ma’ professjonisti oħra prinċipalment waqt sessjonijiet ta’ terapija.

Kif Tikkuntattjana

Tista’ tikkuntattjana billi:

  • Tiġi personalment fl-uffiċċju tagħna
  • Tikkuntattjana permezz tat-telefon jew fax

L-Uffiċċju Tagħna

  • Indirizz: Dipartiment tal- Ħidma Soċjali, L-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech, Telgħa ta’ G’Mangia, Pietà PTA 1312
  • Telefon: 2344 1572

Ħinijiet tal-ftuħ

Aħna miftuħa matul il-ħinijiet li ġejjin:

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9:00 a.m. – 5:00 p.m.

Meta żżur l-Uffiċċju tagħna aħna se:

  • Naqduk malajr u bil-korteżija u ser inkunu ta’ għajnuna
  • Nilqgħuk f’ambjent nadif u akkoljenti

Meta ċċempelna tista’ tistenna li:

  • Nwieġbu fil-pront
  • Nidentifikaw lilna nfusna