Is-Servizzi Tagħna

Deskrizzjoni

L-għan ewlieni ta’ dan is-servizz huwa li jgħin lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali biex jindirizzaw id-diversi bżonnijiet psikosoċjali tagħhom biex ikomplu jgħixu b’mod kemm jista’ jkun indipendenti f’darhom stess. Il-Ħaddiema Soċjali tas-Saħħa Mentali għandhom ukoll rwol [MWO] ta’ Uffiċjali tal-Benesseri Mentali li permezz tiegħu huma obbligati li jwettqu valutazzjonijiet indipendenti ta’ individwi li qed jesperjenzaw diffikultajiet serji ta’ saħħa mentali li jista’ jwassal għal riskju ta’ periklu, jew għalihom infushom jew għall-oħrajn. F’każijiet bħal dawn, applikazzjoni għal dħul obbligatorju fl-Isptar Monte Karmeli jiġi kkumpilat mill-MWO. Dawn id-dmirijiet huma regolati mill-Att dwar is-Saħħa Mentali.

Proċedura

Formola ta’ Riferiment ta’ Ħidma Soċjali għandha timtela minn psikjatra konsulent inkarigat mill-kura tal-persuna.

Eliġibilità

Il-inpatients kollha fl-Isptar Monte Karmeli, fit-Taqsima Psikjatrika (MDH), fl- Outpatients Psikjatriċi (MDH) u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex(GGH).

Dokumenti Meħtieġa

Proċess tal-Back Office

Id-Dipartiment tal-Ħidma Soċjali jirċievi l-applikazzjonijiet kollha għal dan is-servizz. Ħaddiem Soċjali jiġi assenjat każijiet skont il-konsulent li jagħmel ir-referenza u l-ħaddiem jirranġa appuntamenti mal-klijenti; tingħata prijorità lill-każijiet ta’ emerġenza. Id-dettalji kollha jinżammu fuq sistema tal-kompjuter database miżmuma fi ħdan id-Dipartiment tal- Ħidma Soċjali. Jekk klijent ma jkunx sodisfatt, huwa possibbli wkoll li jirrikorri għall-Customer Care Unit.

Mistoqsijiet Frekwenti

Mistoqsija: X’inhu r-rwol ta’ ħaddiem soċjali fis-Servizz tas-Saħħa Mentali?

Tweġiba: Ir-rwoli ewlenin jinvolvu:

  • Ħidma li tagħti s-setgħa lill-klijenti u/jew lill-membri tal-familja tagħhom biex jidentifikaw id-diffikultajiet attwali tagħhom u jiskopru modi kif jindirizzawhom.
  • Il-konnessjoni tal-klijenti ma’ netwerks ta’ appoġġ komunitarju biex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni lura fi djarhom stess kemm jista’ jkun malajr.
  • L- Advokazzjoni għad-drittijiet tal-klijenti permezz tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Downloads

Fuljett Informattiv

Kif Tikkuntattjana

Tista’ tikkuntattjana billi:

  • Tiġi personalment fl-uffiċċju tagħna
  • Tikkuntattjana permezz tat-telefon 
 

L-Uffiċċju Tagħna

  • Indirizz: Dipartiment tal-Ħidma Soċjali, L-Isptar Monte Karmeli, Triq Notabile, Ħ’Attard
  • Telefon: 2141 5183 / 2330 4038

Ħinijiet tal-ftuħ

Aħna miftuħa matul il-ħinijiet li ġejjin:

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 7:30 a.m. – 3:45 p.m.

Meta żżur l-Uffiċċju tagħna aħna se:

  • Naqduk malajr u bil- korteżija u ser inkunu ta’ għajnuna
  • Nilqgħuk f’ambjent nadif u akkoljenti

Meta ċċempelna tista’ tistenna li:

  • Nwieġbu fil-pront
  • Nidentifikaw lilna nfusna