Is-Servizzi Tagħna

Deskrizzjoni

Ortotiċi u Prosteżi hija x-xjenza tal-evalwazzjoni, il-preskrizzjoni, il-fabbrikazzjoni u t-twaħħil ta’ braces ortopediċi u riġlejn artifiċjali magħmula speċifikament għal pazjenti individwali. Professjonisti tas-Saħħa li jaħdmu fil-prosteżi jispeċjalizzaw fit-tfassil u l-produzzjoni tar-riġlejn artifiċjali (prosteżi), filwaqt li dawk li jaħdmu fl- ortotika jispeċjalizzaw fit-tfassil u t-twaħħil ta’ braces ortopediċi (orteżixd0). Dawn il-professjonijiet huma simili u individwu jista’ jkun mlaħħaq fit-tnejn.

Il-prosteżi tar-riġlejn t’isfel jgħinu lill-amputees biex joqogħdu bil-wieqfa u jimxu; xi wħud huma atleti u anke jiġru maratoni. Il-prosteżi tar-riġlejn ta’ fuq itejbu id-dehra estetika u jgħinu lill-amputees iwettqu attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum b’mod indipendenti. L-orteżi jgħinu lin-nies b’riġlejn bil-ħsara jew dgħajfin joqgħodu bil- wieqfa u jimxu u jwettqu attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum b’mod indipendenti; jgħinu wkoll biex jikkoreġu deformitajiet u jipproteġu s-segmenti tal-ġisem.

Proċedura

Il-Persuna li tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità biex tibbenefika minn dan is-servizz tista’ tiġi riferuta minn Konsulent fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa jew mit-tabib tal-familja tagħha.

Eliġibilità

Iċ-ċittadini Maltin jew il-barranin kollha li għandhom permess ta’ residenza jistgħu jiġu riferuti biex jibbenefikaw minn servizzi ta’ Ortotika u/jew Prostetika. Għall-provvista ta’ suletti u żraben, il-persuna riferuta trid tkun fil-pussess tal-formola Skeda ll (Roża), jew tbati minn newropatija periferali jew deformità severa tal-għadam.

Dokumenti Meħtieġa

Karta tal-identità u l-Formola r-Roża (Skeda ll) jekk ir-referenza ssir għal żraben jew suletti

Proċess tal-Back Office

Id- Dipartiment tal- Ortotika u l- Prosteżi (OPU) tirċievi referenzi għal dan is-servizz. Ir-referenzi riċevuti mbagħad jiġu evalwati skont l-urġenza u mqassma fost il-kliniċisti. Tingħata prijorità lil każijiet ta’ emerġenza.

Imbagħad jingħataw appuntamenti lill-pazjenti u kull pazjent jiġi mgħarraf b’ittra jew bit-telefon.

Id-dettalji kollha tal-pazjent jinżammu fuq sistema tal-kompjuter u jiġi rreġistrat ukoll in-numru ta’ drabi li jingħata appuntament lil individwu.

Il-Kliniċisti jiddokumentaw ukoll id-dettalji ta’ kull konsultazzjoni u jinżammu fir-rekords tal-pazjenti. Fl-ewwel konsultazzjoni pazjent jiġi evalwat, jiġi preskritt l-aktar apparat xieraq u jittieħed il-kejl kollu meħtieġ.

L-apparat imbagħad jiġi ordnat u/jew manifatturat lokalment jew barra. Imbagħad jingħata appuntament ieħor lill-pazjent għat-twaħħil u/jew il-kunsinna tal-apparat. Appuntamenti ta’ segwitu, ta’ wara l-kunsinna jingħataw skont il-ħtieġa individwali ta’ kull pazjent.

Mistoqsijiet Frekwenti

Mistoqsija: X’inhu l- orteżi jew apparat ortotiku?

Tweġiba: Apparat li jappoġġja kwalunkwe parti tal-ġisem u li jintlibes madwar parti tal-ġisem, eż. żraben kirurġiċi, braces tas-sinsla, kaliper tar-riġlejn, suletta.

Mistoqsija: X’inhi proteżi?

Tweġiba: Apparat li jissostitwixxi parti nieqsa tal-ġisem, eż. riġel jew driegħ artifiċjali.

Mistoqsija: Fejn hu l-OPU?

Tweġiba: Bħalissa l-OPU jinsab fit-Taqsima Ex-Hyperbaric fl-Isptar San Luqa.

Mistoqsija: Għandi bżonn riferiment kull darba li jkolli bżonn niċċekkja t-tagħmir tiegħi jew jekk għandi problema?

Tweġiba: Le. Individwu li għandu problema bl-apparat jew jeħtieġ li jiġi ċċekkjat jista’ sempliċement iċempel għal appuntament.

Kif Tikkuntattjana

Tista’ tikkuntattjana billi:

  • Tiġi personalment fl-uffiċċju tagħna
  • Tikkuntattjana permezz tat-telefon jew fax

L-Uffiċċju tagħna

Indirizz

Orthotics & Prosthetics Unit
Sptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech
G’Mangia Hill
Pieta PTA 1312

Telefon: 2344 1702​

Ħinijiet tal-ftuħ

Aħna miftuħa matul il-ħinijiet li ġejjin:

  • It-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:00 a.m. – 2:00 p.m.
  • Is-Sibt: 7:00 a.m. – 12:00 p.m.

Meta żżur l-Uffiċċju tagħna aħna:

  • Naqduk malajr u bil- korteżija u ser inkunu ta’ għajnuna
  • Nilqgħuk f’ambjent nadif u akkoljenti

Meta ċċempelna tista’ tistenna li:

  • Nwieġbu fil-pront
  • Nidentifikaw lilna nfusna