Informazzjoni

Deskrizzjoni

Fejn jinsab id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija u kif jista’ jintlaħaq?

Is-servizzi tal-Fiżjoterapija Pedjatrika jinsabu fil-bini tat-Taqsima għall-Iżvilupp u l-Assessjar tat-Tfal u jiffunzjonaw b’kollaborazzjoni mill-qrib mat-tim multidixxiplinarju tas-CDAU. Dan id-dipartiment jista’ jiġi aċċessat jew mill-isptar San Luqa f’G’Mangia jew minn entratura oħra minn triq Zammit Clapp fil-Pieta.

X’jagħmel is-Servizz tal Outpatients Pedjatrika tal-Fiżjoterapija? 

  • Il-Persunal fid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija Pedjatrika jipprovdi lill-klijent b’valutazzjoni dwar il-kapaċità fiżika / l-iżvilupp tal-gross motor skills tiegħu
  • Huma jżommu kemm jista’ jkun ambjent akkoljenti għat-tfal
  • Jifformulaw pjan ta’ riabilitazzjoni u ġestjoni mmirat biex t-tfal jiksbu l-potenzjal massimu li jista’ jkollhom
  • Jappoġġaw, jinfurmaw u jinvolvu lill-ġenituri u/jew lil dawk li jieħdu ħsiebhom u jipprovdu għarfien għall-ġestjoni fid-dar
  • Huma jikkollaboraw mas-sors ta’ referenza u jipprovdu feedback u aġġornamenti lill-VCC/kliniċi speċjalizzati

Min jista’ jagħmel użu mis-servizzi?

Tfal b’diżabilità, ikkawżata minn kundizzjonijiet newroloġiċi bħal:

  • Paraliżi ta’ Erb
  • Spina Bifida
  • Paraliżi Ċerebrali
  • Qabel u wara Rizotomija Dorsali Sempliċi
  • Qabel u wara kirurġija multi-level
  • Distrofiji Muskolari
  • Diversi Sindromi
  • Dewmien ta’ Żvilupp Globali

Kundizzjonijiet Ortopediċi u Trawmatiċi huma riferuti lid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija Pedjatrika fl-MDH

Politika ta’ Riferiment

Tobba/Konsulenti minn Ċentri tas-Saħħa, MDH, Kliniċi Privati jew Skejjel kollha jistgħu jirreferu

Servizzi Offruti

  • Klijenti outpatient offruti lill- tfal mit-twelid sa 16-il sena; valutazzjonijiet u segwitu skont il-bżonnijiet
  • Servizzi pprovduti lill-Iskola San Miguel
  • Servizzi pprovduti lill-Iskola Helen Keller
  • Żjarat fid-Dar
  • Żjarat fi Skejjel Mainstream / tal-Knisja / Privati ​​/ Bżonnijiet Speċjali
  • Parteċipazzjoni u Involviment fit-Tim Multidixxiplinarju fis-CDAU
  • Attendenzi / involviment fil-kliniċi tal- VCC / MDH
  • Kliniċi fl-ILC għall-utenti ta’ siġġijiet tar-roti / tagħmir ta’ appoġġ
  • Sessjonijiet Magħquda ma’ professjonisti oħra
  • IEP’s
  • Parteċipazzjoni f’ Kenn Ghal Sahhtek fl-Imtarfa, għal klijenti (adolexxenti) li jbatu minn disturbi fl-ikel, klassifikati jew mhux klassifikati

Dettalji ta’ Kuntatt

Dipartiment tal-Fiżjoterapija Pedjatrika
Taqsima għall-Iżvilupp u l-Assessjar tat-Tfal
G’mangia

Numri tat-Telefon: 2595 1795 / 2595 1797

Ħinijiet tal-Ftuħ

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:30 a.m. – 3:00 p.m.
  • Is-Sibt: 7:30 a.m. – 12:30 p.m​.