- Servizzi ta' Fiżjoterapija
- Isptar Mater Dei
- Isptar Ġenerali t’Għawdex
- Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo
- San Vincent de Paule Faċilità fit-Tul
- Isptar Monte Karmeli
- Dipartiment tal-Inpatient tal-Isptar tar-Riabilitazzjoni Karin Grech
- Karin Grech Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni
- Servizzi Pedjatriċi Outpatient
- Kliniċi tal-Kommunita
- Ċentri tas-Saħħa
- Servizz fil-Komunità

Is-Servizzi Tagħna
Il-fiżjoterapija hija professjoni tas-saħħa alleata li tikkontribwixxi għas-saħħa u l-benessri tal-popolazzjoni tagħna. Hija professjoni b’enfasi fuq l-analiżi tal-moviment ibbażata fuq l-istruttura u l-funzjoni tal-ġisem. Il-fiżjoterapija tipprovdi approwċ olistiku biex timmassimizza l-potenzjal funzjonali tal-pazjent u tittratta pazjenti bi problemi fiżiċi kkawżati minn kundizzjonijiet newromuskolari, muskoloskeletali u kardjo-vaskulari jew respiratorji. Il-fiżjoterapija tgħin biex tirrestawra l-moviment u l-funzjoni għal kemm jista’ jkun qrib in-normal meta xi ħadd ikun affettwat minn korriment, mard, problemi ta’ żvilupp jew diżabilità oħra. Jintużaw modalitajiet ta’ trattament differenti biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ klijenti individwali, bħal per eżempju, eżerċizzju, moviment, massaġġi terapewtiċi, aġenti elettro-fiżiċi u idroterapija.
Il-fiżjoterapisti jaħdmu mill-qrib mal-pazjenti, dawk li jieħdu ħsiebhom u professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa bħala membri tat-tim interdixxiplinarju. Ir-rwol tal-fiżjoterapista jvarja minn interventi kliniċi, terapewtiċi u riabilitattivi diretti għall-promozzjoni tas-saħħa, edukazzjoni tal-pazjent u tal-carers u l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tal-kura tas-saħħa. Fiżjoterapisti jittrattaw u jimmaniġġjaw pazjenti b’ħafna kundizzjonijiet varjati, bħal per eżempju, puplesija, amputazzjonijiet, mard respiratorju, problemi ta’ saħħa mentali, kanċer, pazjenti li kellhom ksur tal-għadam u kirurġija ta’ sostituzzjoni tal-ġenbejn u l-irkoppa u tfal b’diżabilitajiet newroiżviluppali.
Il-Viżjoni Tagħna
Il-fiżjoterapija tippermetti u tagħti s-setgħa lill-persuna biex tikseb ħajja aktar b’saħħitha permezz tal-moviment, mezzi fiżiċi u l-edukazzjoni.
Il-Missjoni Tagħna
Biex tipprovdi servizz ta’ fiżjoterapija integrat u ta’ kwalità iċċentrat fuq il-persuna tul il-ħajja kollha.
Deskrizzjoni
Fi ħdan is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa, is-servizzi tal-fiżjoterapija huma pprovduti u mogħtija f’numru ta’ faċilitajiet u fil-komunità kif ġej:
- L-Isptar Mater Dei – kura akuta inpatient għall-pedjatrija u adulti, servizzi inpatient u outpatient, terapija tal-idejn, saħħa tan-nisa u tal-irġiel, riabilitazzjoni kardijaka u pulmonari.
- L-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech – servizzi ta’ inpatient (ġerjatrija u riabilitazzjoni) u outpatient, sptar ta’ matul il-ġurnata, dipartiment tal-fiżjoterapija outpatient – li jkopri trattament muskuloskeletali, fid-dahar u l-ġestjoni tal-uġigħ, riabilitazzjoni għall-amputee, newroriabilitazzjoni u idroterapija.
- Residenza San Vinċenz De Paule – servizzi ta’ inpatient u outpatient.
- L-Isptar Monte Karmeli – servizzi ta’ inpatient, outpatient u ċentru komunitarju.
- Sir Anthony Mamo Oncology Centre – servizzi inpatient u outpatient u servizz ta’ limfedema.
- Servizzi ta’ Fiżjoterapija Pedjatrika – servizzi ta’ outpatient newrożviluppali u newromuskolari u hub għal servizzi għal skejjel ewlenin u skejjel għal tfal bi bżonnijiet speċjali.
- Ċentri tas-Saħħa ta’ Paola, Cospicua, Floriana, Mosta, Qormi u B’kara– servizz għall-problemi muskoloskeletali u ta’ aċċess għall-tabib.
- L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – is-servizzi kollha, inpatient u outpatient.
- Is-servizzi ta’ fiżjoterapija outreach u fil-komunità huma wkoll disponibbli.
Proċedura
Locations | Method | Remarks |
---|---|---|
Ċentri tas-Saħħa tal-Fiżjoterapija | Biljett ta' Riferiment Dirett | |
Ċentri tal-Komunità tal-Kura Primarja (Żejtun/Mellieha) | Awto-Riferiment | Għal Klijenti li għandhom aktar minn 60 sena |
Servizzi ta' Fiżjoterapija SVPR O/P (il-kundizzjonijiet kollha) | Biljett ta' Riferiment Dirett | |
SAMOC Fiżjoterapija O/P | Biljett ta' Riferiment Dirett | |
COMM Care | Numru ta’ Kuntatt: 22589393 jew [email protected] | Strettament għall-pazjenti li jeħtieġu kura fid-dar |
RHKG Riabilitazzjoni għall-pazjenti b’Amputazzjoni | Biljett ta' Riferiment Dirett | |
L-Isptar ta’ kura fil-ġurnata għal Rijabilitazzjoni għall-Anzjani RHKG | Biljett ta' riferiment lill-Ġerjatra | |
RHKG Neuro O/PR | Riferiment minn Konsulent | |
RHKG MSK O/PR | Riferiment minn Konsulent | |
RHKG O/P | Riferiment minn Konsulent | |
MDH Pedjatrija O/P | Biljett ta' Riferiment Dirett | |
MDH Pedjatrija MSK | Biljett ta' Riferiment Dirett | |
MDH Riabilitazzjoni Kardijaka | Riferiment minn Konsulent | |
MDH Riabilitazzjoni Pulmonari | Riferiment minn Konsulenti Pulmonari | |
MDH Saħħa tan-Nisa | Biljett ta' Riferiment Dirett | Ħlief għal Klijenti li għandhom kwistjonijiet ta' Disfunzjoni Anorettali |
MDH Trattament tal- Idejn O/P | Biljett ta' Riferiment Dirett | |
CDAU Pedjatrija / MDH | Biljett ta' Riferiment Dirett għall-Valutazzjoni mill-IDT |
Eliġibilità
Iċ-ċittadini kollha Maltin u l-barranin li għandhom permess ta’ residenza jistgħu jiġu riferuti għas-servizzi tal-fiżjoterapija fi ħdan is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa.
Dokumenti Meħtieġa
Jeħtieġ referenza minn tabib tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa. Jekk il-pazjent jiġi riferut għall-fiżjoterapija fil-kura tas-saħħa primarja, jiġifieri fiċ-Ċentri tas-Saħħa, it-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa jew it-tabib tal-familja tal-pazjent jista’ jagħmel ir-referenza.
Proċess tal-Back Office
- Ir-riferimenti se jiġu amministrati mid-dipartiment jew mill-klinika fejn se ssir il-fiżjoterapija.
- Bħala regola ġenerali, ir-riferimenti għal pazjenti inpatients jiġu segwiti fl-istess jum tar-riferiment jew fil-ġurnata tax-xogħol li jmiss jekk ir-riferiment isir barra l-ħinijiet tax-xogħol normali. L-Isptar Mater Dei jipprovdi servizz barra l-ħinijiet tax-xogħol biex jiġu mmaniġġjati talbiet għal riferimenti urġenti.
- Id-dipartimenti u l-kliniċi tal-Fiżjoterapija tal-Outpatients fis-Servizzi kollha jirċievu riferimenti minn kliniċi tal-outpatients speċjalizzati, mis-swali tal-inpatients (bħala segwitu) u direttament minn tobba tal-familja (kundizzjonijiet muskoloskeletali huma riferuti direttament liċ-ċentri tas-saħħa).
- Riferiment mill-kliniċi tal-outpatients ta’ Mater Dei jintlaqgħu fid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fl-Isptar Mater Dei. Ir-riferimenti miċ-Ċentru tas-Saħħa u mit-tabib tal-familja jiġu riċevuti fiċ-Ċentru tas-Saħħa fiż- żona fejn jgħix il-pazjent.
- L-appuntamenti għall-fiżjoterapija outpatient isiru bit-telefon jew bil-posta. Meta jkun meħtieġ, is-servizzi tat-trasport huma skedati għall-pazjent.
- Meta pazjent ikollu appuntament għall-ewwel darba, isir assessjar sħiħ biex flimkien mal-pazjent, il-fiżjoterapista jagħmel pjan ta’ kura u riabilitazzjoni. Għall-outpatients, id-dettalji kollha tal-pazjent u tat-trattament huma rreġistrati fin-noti tal-Fiżjoterapija.
- Għall-pazjenti li qegħdin ġewwa l-isptar, il-fiżjoterapisti jiddokumentaw id-dettalji ta’ kull kuntatt u intervent/sessjoni tal-pazjent fir-rekords tal-pazjenti jew fil-fajl mediku.
- In-natura, il-frekwenza u l-intensità tas-sessjonijiet tal-fiżjoterapija se jirriflettu l-ħtiġijiet tal-pazjenti individwali riferut għall-fiżjoterapija.
Mistoqsijiet ta’ frekwenti
Mistoqsija: Meta jkolli l-appuntament tiegħi għall-fiżjoterapija, se ningħata ħin speċifiku għall-appuntament?
Tweġiba: Iva. inti tingħata ħin ta’ appuntament individwali għas-sessjoni ta’ trattament tiegħek.
Mistoqsija: Se nara l-istess fiżjoterapista kull darba li niġi għall-kura?
Tweġiba: Iva, sakemm ma jinqalax xi ħaġa, eż. il-fiżjoterapista tiegħek ikun ma jiflaħx u fiżjoterapista ieħor qed ikopri l-pazjenti tiegħu jew tagħha.
Mistoqsija: Kemm-il darba ser ikolli bżonn niġi għall-kura?
Tweġiba: Il-frekwenza tas-sessjonijiet ta’ trattament tiegħek u t-tul tat-trattament komplut tiegħek jiddependu fuq il-kundizzjoni tiegħek u r-rispons tiegħek għat-trattament.
Mistoqsija: Ikolli bżonn xi preparazzjonijiet speċjali qabel niġi għall-fiżjoterapija?
Tweġiba: Nissuġġerixxu li tiġi b’ilbies xieraq biex tirċievi t-trattament tiegħek b’faċilità u dinjità, per eżempju, jekk għandek problema bil-parti t’isfel ta’ riġlejk, par xorts ikun xieraq. Jekk qed tattendi għall-idroterapija inti tingħata parir dwar x’għandek iġġib miegħek qabel ma tattendi.
Kif Tikkuntattjana
Tista’ tikkuntattjana billi:
- Tiġi personalment fl-uffiċċju tagħna
- Tikkuntattjana permezz tat-telefon jew fax
- Permezz ta’ email fuq [email protected]
Id-Dipartimenti u l-Kliniki tagħna
- L-Isptar Mater Dei
- L-Isptar Ġenerali t’Għawdex
- L-Isptar Sir Paul Boffa
- Residenza San Vinċenz de Paule
- L-Isptar Monte Karmeli
- Dipartiment tal-Inpatients RHKG
- Dipartiment tal-Outpatients RHKG
- Servizzi Pedjatriċi Outpatients
Kura tas-Saħħa Primarja – Ċentri tas-Saħħa
- Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana
- Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
- Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla
- Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
- Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid
- Ċentru tas-Saħħa ta’ ħal-Qormi
- Ċentru tas-Saħħa ta’ ħal-Kirkop
- Ċentru tal-Komunità taż-Żejtun (f’ċertu ġranet biss)
- Ċentru tal-Komunità tal-Mellieha (f’ċertu ġranet biss)
Servizz tal-Komunità
Meta żżur l-Uffiċċju tagħna aħna:
- Naqduk malajr u bil-korteżija u ser inkunu ta’ għajnuna
- Nilqgħuk f’ambjent nadif u akkoljenti
Meta ċċempelna tista’ tistenna li:
- Nwieġbu fil-pront
- Nidentifikaw lilna nfusna
- Servizzi ta' Fiżjoterapija
- Isptar Mater Dei
- Isptar Ġenerali t’Għawdex
- Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo
- San Vincent de Paule Faċilità fit-Tul
- Isptar Monte Karmeli
- Dipartiment tal-Inpatient tal-Isptar tar-Riabilitazzjoni Karin Grech
- Karin Grech Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni
- Servizzi Pedjatriċi Outpatient
- Kliniċi tal-Kommunita
- Ċentri tas-Saħħa
- Servizz fil-Komunità