Informazzjoni

Deskrizzjoni

Għanijiet

  • Biex tevalwa, tiddijanjostika u tikkura pazjenti li għandhom problemi bl-uġigħ, ebusija, dgħjufija u telf ta’ bilanċ minħabba disfunzjoni fil-muskoli, għadam, ġogi, nervituri, tendini, ligamenti, qarquċa u diski tas-sinsla.
  • Biex isir progress fir-rijabilitazzjoni ta’ pazjenti wara kirurġija jew intervent ortopediku, per eżempju sostituzzjoni tal-ġogi, wara ksur

Deskrizzjoni tas-Servizz

Individwi minn 16-il sena ‘l fuq li jeħtieġu fiżjoterapija muskuloskeletali huma riferuti għal dan id-dipartiment mill-MDH. Il-maġġoranza tal-pazjenti jingħataw appuntament fuq bażi individwali; kull appuntament jieħu madwar 30 minuta. Il-pazjenti riferuti fuq bażi urġenti jiġu kkuntattjati bit-telefon u jingħataw appuntament fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn wara r-referenza. Il-pazjenti l-oħra kollha jew jiġu kkuntattjati bit-telefon, jew jirċievu appuntament bil-posta l-aktar kmieni possibli.

Id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija Muskuloskeletali tal-Outpatients huwa maqsum f’sitt unitajiet:

  • Taqsima tal-Korrimenti Ortopediċi u Sportivi
  • Taqsima tal-Uġigħ
  • Taqsima Muskoloskeletali Ġenerali
  • Taqsima tal-Kura tad-Dahar
  • Taqsima tar-Rewmatoloġija
  • Taqsima tal-Idroterapija

Il-fiżjoterapisti f’dan id-dipartiment jittrattaw kull tip ta’ problemi muskoloskeletali: uġigħ fid-dahar u fl-għonq, korrimenti sportivi, problemi fil-ġogi, fil-muskoli u fl-għerq li jgħaqqad muskolu ma’ għadma; tfekkika, strejn, artrite u kundizzjonijiet deġenerattivi oħra; kif ukoll kundizzjonijiet ortopediċi ta’ wara operazzjoni. Metodi ta’ trattament jinkludu mobilizzazzjoni biex jiżdied il-moviment tal-ġogi, it-titwil tat-tessut artab u t-titjib tal-flessibbiltà; reġimi ta’ eżerċizzju biex isaħħu l-gruppi tal-muskoli, itejbu l-mobilità u jtejbu l-bilanċ; metodi ta’ elettroterapija biex jgħinu fit-tnaqqis u l-kontroll tal-uġigħ; pariri u edukazzjoni dwar disturbi fil-qagħda u l-moviment; pariri dwar il-kontroll tal-uġigħ; u idroterapija. Ladarba l-problema ewlenija tiġi solvuta, il-pazjenti mbagħad jgħaddu għal attivitajiet jew funzjonijiet li fihom ikunu jistgħu jerġgħu lura għax-xogħol, dmirijiet jew rikreazzjoni regolari tagħhom.

Dettalji ta’ Kuntatt

Dipartiment tal-Fiżjoterapija tal-Outpatients KGRH/SLH, G’Mangia

Numri tat-Telefon: 23441609/23441610

Ħinijiet tal-Ftuħ

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:30 a.m. – 3:00 p.m.
  • Is-Sibt: 7:30 a.m. – 12:30 p.m.