Informazzjoni
Deskrizzjoni
X’servizzi joffri d-Dipartiment tal-Fiżjoterapija?
Id-dipartiment tal-Fiżjoterapija jipprovdi servizzi kemm fuq bażi inpatient kif ukoll outpatient.
Is-servizzi ta’ inpatient jingħataw lill-pazjenti fis-swali ġenerali tal-irġiel u tan-nisa, A&E, CCU, is-swali tal-Jum u tal-Ortopedija, is-sala Pedjatrika, tal-Ostetrika u tal-Maternità, ir-Residenza Sant’Anna, is-sala Ġerjatrika tal-irġiel u s-swali tal-Psikjatrija.
Id-dipartiment tal-Fiżjoterapija joffri servizzi outpatient lil pazjenti riferuti minn kliniċi ta’ speċjalità tal-GGH, MDH, ċentri tas-saħħa u tobba u konsulenti privati.
Servizzi in-patient
Ir-referiment tal-pazjent hija proċedura kollaborattiva bejn il-persunal mediku, tal-infermiera u tal-fiżjoterapija. It-trattament huwa pprovdut matul iż-żjara tal-pazjenti fl-isptar, li jiffaċilita l-ħruġ tal-pazjent mill-isptar. Jekk ikun meħtieġ, il-pazjenti jistgħu mbagħad jiġu riferuti għal aktar rijabilitazzjoni f’ambjent ta’ inpatient jew outpatient.
Servizzi out-patients
Pazjenti li jeħtieġu fiżjoterapija fuq bażi outpatient jingħataw appuntament fid-dipartiment tal-fiżjoterapija. Il-pazjenti jingħataw trattament fuq bażi individwali u l-appuntamenti jieħdu madwar 30-45 minuta. Il-pazjenti jiġu kkuntattjati għal appuntament bit-telefon jew bil-posta u l-każijiet urġenti jingħataw appuntament fi żmien 10 ijiem tax-xogħol.
Il-pazjenti jistgħu jattendu waħedhom, jew ma’ carers jekk ikun meħtieġ. Jeħtieġ illi pazjenti taħt is-16-il sena jattendu ma’ ġenitur jew gwardjan legali.
Is-servizzi għall-outpatients jinkludu trattamnet għall-korrimenti ortopediċi u sportivi, kura tas-sider, inkontinenza u fiżjoterapija ostetrika, riabilitazzjoni newroloġika, terapija għal korrimenti tal-idejn, ġestjoni tal-uġigħ, kura tad-dahar, rewmatoloġija, riabilitazzjoni għal pazjenti b’amputazzjoni, riabilitazzjoni pulmonari u respiratorja, fiżjoterapija pedjatrika, fiżjoterapija għall-membri tal-persunal.
Kull xahar id-dipartiment jospita wkoll kliniċi ortotiċi u prostetiċi, fejn kliniċisti li jżuru mill-Isptar San Luqa jivvalutaw u jittrattaw pazjenti li kieku kien ikollhom bżonn jivvjaġġaw lejn Malta għal dawn is-servizzi.
Id-dipartiment jaħdem b’kollaborazzjoni mill-qrib ma L-Unità Speċjali tas-Sannat u ċ-Ċentru ta’ taħriġ għall-adulti Santa Martha, fejn il-fiżjoterapisti joffru s-servizzi tagħhom fuq bażi regolari.
Fejn hu d-dipartiment tal-Fiżjoterapija?
Id-dipartiment tal-Fiżjoterapija jinsab fil-pjan terran tal-Isptar tal-Ibragg, li jinsab fuq ix-xellug tal-bini prinċipali tal-isptar.
Dettalji ta’ Kuntatt
Dipartiment tal-Fiżjoterapija
L-Isptar Ġenerali t’Għawdex
Rabat
Numru tat-Telefon: 2344 6101
Ħinijiet tal-Ftuħ
- Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:00 a.m. – 2:30 p.m.
- Is-Sibt: 7:00 a.m. – 12:00 p.m.