Informazzjoni

Deskrizzjoni

Id-dipartiment tal-fiżjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo joffri s-servizzi tiegħu lill-pazjenti milquta mill-kanċer. Id-dipartiment huwa mpenjat li joffri servizz ta’ eċċellenza biex jindirizza kwalunkwe limitazzjoni fiżika li tista’ tinqala’ bħala riżultat tal-kanċer u t-trattament tiegħu. Issir enfasi kbira fuq it-twassil tas-servizz iffukat fuq il-pazjent.

In-patients

Il-pazjenti kollha li jkunu jeħtieġu fiżjoterapija jiġu riferuti u kkurati waqt li jkunu fis-sala. Segwitu fl-outpatients huwa rranġat għal pazjenti li jeħtieġu aktar fiżjoterapija wara l-ħruġ.

Out-patients

Is-servizzi tal-outpatients huma disponibbli għal pazjenti li jesperjenzaw limitazzjonijiet fiżiċi relatati mal-kanċer tagħhom u l-ġestjoni tiegħu mid-dijanjosi u lil hinn. Il-klinika toffri wkoll ġestjoni għal limfedema relatata mal-onkoloġija u riabilitazzjoni wara t-trattament tal-kanċer.

Dettalji ta’ Kuntatt

Dipartiment tal-Fiżjoterapija
Servizzi ta’ Appoġġ Kliniku
Livell-1
Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

Tel: 2545 2300​

Ħinijiet tal-Ftuħ

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:30 a.m. – 3:00 p.m.
  • Is-Sibt: 7:30 a.m. – 12:30 p.m.