Informazzjoni
Deskrizzjoni
Dawn il-kliniċi huma mgħammra biex jittrattaw u jimmaniġġjaw pazjenti li jippreżentaw varjetà ta’ disturbi muskoloskeletali ta’ natura akuta jew kronika.
Il-pazjenti kollha li jiġu riferuti jiġu eżaminati u evalwati minn fiżjoterapista reġistrat. Analiżi ta’ din il-valutazzjoni dettaljata tippermetti li jiġi fformulat pjan ta’ trattament xieraq. Il-pjanijiet ta’ trattament kollha jiġu diskussi mal-pazjent taħt trattament.
Il-modalitajiet ta’ trattament l-aktar użati huma terapija manwali, terapija bl-eżerċizzju, elettroterapija u terapija bis-sħana u l-kesħa.
Il-programmi ta’ trattament kollha jinkludu pariri u edukazzjoni dwar il-kura personali u l-ġestjoni tal-kundizzjoni preżenti fil-kuntest tal-attivitajiet normali tal-pazjent.
Referenzi għall-pazjenti huma aċċettati minn General Practitioners li jaħdmu kemm fiċ-Ċentri tal-Kura tas-Saħħa Primarja kif ukoll fi prattiċi privati. Pazjenti jistghu ukoll jirreferu lilhom infushom.
Il-kliniċi tal-fiżjoterapija huma ġestiti fuq sistema stretta ta’ appuntamenti.
Klassijiet ta’ Moviment u Attività Fiżika
Il-klassijiet huma mmirati għal individwi li qed jesperjenzaw tnaqqis ġenerali fil-mobilità u l-bilanċ ta’ oriġini muskuloskeletali li m’għandha l-ebda kawża newroloġika profonda. Klijenti li jbatu minn kundizzjonijiet muskuloskeletali oħra għandhom ikomplu jiġu riferuti għal kura fiżjoterapija.
Dawn il-klassijiet jippromwovu eżerċizzji ġeneralizzati biex inaqqsu l-ebusija, iżidu l-qawwa tal-muskoli u jibbilanċjaw bil-għan li jipprevjenu waqgħat.
Referenzi biex jiġi ddeterminat jekk il-klijent huwiex eliġibbli għal dawn il-klassijiet jistgħu jsiru minn Tobba Ġenerali, infermiera tal-kliniċi tal-Istil ta’ Ħajja u fiżjoterapisti tal-Kura tas-Saħħa Primarja permezz ta’ Ticket of Referral (TOR) formali, TOR onlajn jew billi tintbagħat email fil-Programm ta’ Attività Fiżika fis-Saħħa- Kura tas-Saħħa Primarja.
Il-klijent jingħata appuntament biex jivvaluta l-livell ta’ mobilità u fitness tiegħu. Jekk il-klijent ikun eliġibbli u adattat għall-klassijiet huwa jiġi mistieden jingħaqad mal-programm. Il-programm se jinkludi 6 sessjonijiet ta’ filgħodu li se jitwasslu fi gruppi ta’ 10 klijenti fuq medda ta’ 6 ġimgħat konsekuttivi.
Sessjonijiet ta’ eżerċizzju ta’ Ġestjoni tal-Piż
- Dawn is-sessjonijiet ta’ eżerċizzju qed isiru b’kollaborazzjoni mal-Programm ta’ Ġestjoni tal-Piż tal-PHC
- Il-klijenti huma riferuti mill-klinika tal-istil tal-ħajja u n-nutrizzjonista residenti
- Is-sessjonijiet jikkonsistu f’tisħin, taħriġ bil-piż u kardjo li huma adattati għall-ħtiġijiet u l-kundizzjoni tal-klijenti
- Il-klijenti jiġu vvalutati qabel ma jattendu għas-sessjonijiet u b’mod intermittenti matul l-10 sessjonijiet konsekuttivi
Servizzi ta’ Prevenzjoni u Edukattivi
Enjoy a Healthy Body. Maintain a Healthy Back huwa programm edukattiv tal-Kura tad-Dahar ibbażat fl-iskola mmirat għall-Istudenti tal-Ħames Sena biex jedukahom dwar il-qagħda korretta, l-użu korrett tal-basktijiet tal-iskola u l-importanza tal-attività fiżika. L-istediniet jinħarġu lill-iskejjel kollha tal-istat u tal-knisja fuq bażi annwali.
Tahdidiet fuq Active Aging isiru fid-day centres u fil-Kunsilli Lokali
Ċentri tas-Saħħa
Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla
Gzira Health Centre
Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop
Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid
Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi
Numru tat-Telefon (Call Centre): 21231231
Ħinijiet tal-Ftuħ
- Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:30 a.m. – 3:00 p.m.