Is-Servizzi Tagħna

Deskrizzjoni

Is-servizz ta’ ħidma soċjali tal-Aġenzija Appoġġ fl-Isptar Mater Dei huwa servizz ħolistiku għal inpatients ta’ kull età li jbatu minn diffikultajiet psikosoċjali minħabba l-kundizzjoni medika u s-sitwazzjoni tagħhom. Dan is-Servizz ta’ Ħidma Soċjali jgħin lill-pazjenti u lill-familji tagħhom ilaħħqu ma’ trawma fiżika u emozzjonali kkawżata mid-dħul tagħhom fl-isptar. Jgħin ukoll lill-pazjenti biex jieħdu deċiżjonijiet u bl- adattamenti fit-tħejjija għall-ħruġ tagħhom mill-Isptar.

Proċedura

Kwalunke pazjent fl-Isptar Mater Dei jista’ jibbenefika mis-Servizz ta’ Ħidma Soċjali billi jitlob lill-infermier inkarigat mis-sala / tabib / konsulent / fiżjoterapista / terapista okkupazzjonali biex jikkuntattja lit-taqsima ta’ Ħidma Soċjali. Barra minn hekk, kull professjonist li jaħdem fl-Isptar Mater Dei jista’ jirreferi lil kull pazjent tiegħu/tagħha lis-Servizz tal-Ħidma Soċjali jekk jidhirlu li jkun meħtieġ, wara li l-pazjent jagħti l-kunsens tiegħu/tagħha għal din ir-referenza.

Eliġibilità

Kull pazjent fl-Isptar Mater Dei jista’ jibbenefika minn dan is-servizz.

Dokumenti Meħtieġa

Formola ta’ konsultazzjoni trid timtela minn professjonisti li jaħdmu fis-swali tal-MDH.

Proċess tal-Back Office

Meta pazjent jiġi riferut għal intervent ta’ ħidma soċjali, il-professjonist li jirreferi l-pazjent jimla formola ta’ referenza. Imbagħad ħaddiem soċjali li jaħdem f’kollegament mill-qrib mas-sala partikolari minn fejn isir ir-referenza, iżur il-pazjenti, jagħmel assessjar, jidentifika l-bżonnijiet u flimkien mal-pazjent, ifassal pjan ta’ azzjoni.

Mistoqsijiet Frekwenti

Mistoqsija: L-outpatients tal-Isptar Mater Dei ukoll jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz?

Tweġiba: Inpatients biss jistgħu jibbenefikaw mis-servizz bl-eċċezzjoni ta’ riferimenti mill-Klinika ta’ Qabel it-Twelid (Outpatients)

Mistoqsija: X’jiġri meta pazjent, li kien qed jirċievi servizz ta’ ħidma soċjali waqt li kien l-isptar, jmur lura d-dar?

Tweġiba:Wara l-ħruġ mill-Isptar, il-ħaddiem soċjali jibqajsegwi każ sa xahar wara, jekk ikun hemm bżonn. Jekk meta jerġalura d-dar, il-pazjent xorta jkun jeħtieġ assistenza, il-ħaddiem soċjali jirreferih għal aktar għajnuna, skont il-bżonnijiet partikolari ta’ dik il-persuna. 

Data Statistika

Numru ta’ każijiet ġodda miftuħa fis-sena

Sena

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

255

191

512

485

699

939

807

566

555

1144

1203

1448

1531

Links Oħra

Fuljett Informattiv

Kif Tikkuntattjana

Tista’ tikkuntattjana billi:

  • Tiġi personalment fl-uffiċċju tagħna
  • Tikkuntattjana permezz tat-telefon jew fax
  • Imejl: [email protected]

L-Uffiċċju Tagħna

Ħinijiet tal-ftuħ

Aħna miftuħa matul il-ħinijiet li ġejjin:

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 7:30 a.m. – 5:30 p.m.
  • Is-Sibt 8:00 a.m. – 12:00 p.m.

Meta żżur l-Uffiċċju tagħna aħna se:

  • Naqduk malajr u bil-korteżija u ser inkunu ta’ għajnuna
  • Nilqgħuk f’ambjent nadif u alloljenti

Meta ċċempelna tista’ tistenna li:

  • Nwieġbu fil-pront
  • Nidentifikaw lilna nfusna