Informazzjoni

Deskrizzjoni

Is-servizzi ta’ terapija okkupazzjonali fi ħdan il-Commcare Unit għandhom l-għan li jippermettu u jappoġġjaw lill-persuni li jgħixu fil-komunità billi jużaw approċċ ta’ ġestjoni tal-każi. Dawn huma klijenti li l-bżonnijiet tagħhom huma indirizzati aħjar f’darhom stess. Dawn is-servizzi jistgħu wkoll jiġu utilizzati minn nies li ma jistgħux jattendu għall-OT fuq bażi out-patients u li jkunu f’riskju li jitilfu l-indipendenza tagħhom, u jeħtieġu dħul fl-isptar jew dħul f’kura fit-tul.

Is-servizz OT jibda bi żjara fid-dar u jiġi segwit minn programmi ta’ riabilitazzjoni, valutazzjonijiet ambjentali u modifiki u prattika ta’ ħiliet ta’ għajxien fil-komunità. Il-klijenti jistgħu jirreferu huma stess permezz ta’ telefonata/e-mail([email protected]) jew jistgħu jiġu referuti minn professjonisti u qraba.

Dettalji ta’ Kuntatt

Ħinijiet tal-Ftuħ

  • Mit-Tnejn sal-Ħadd: 7:00 – 5:00