Informazzjoni

Deskrizzjoni

Is-servizzi ta’ Occupational Therapy fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo huma pprovduti kemm fuq bażi in-patient kif ukoll out-patient.  Occupational Therapists (OTs) f’SAMOC isegwu klijenti ta’ kull eta matul it-trajettorja tagħhom tal-kanċer b’diffikultajiet funzjonali li jirriżultaw mid-dijanjosi jew mit-trattament tal-onkoloġija.  L-OT juża approċċ iċċentrat fuq il-klijent li bih tingħata prijorita lill-bżonnijiet u l-għanijiet tal-pażjenti.  L- OT jindirizza l-bżonnijiet personali tal-pazjent inklużi l-kwistjonijiet fiżiċi, sensorjali, konjittivi, perċettivi, ta’ żvilupp, psikoloġici u soċjali.  L-OT jindirizza wkoll kwistjonijiet relatati mal-ambjent li fih il-pazjent jinteraġixxi u finalment kif dawn jaffettwaw l-okkupazzjonijiet tal-pazjent bħall-kura personali, ix-xogħol u l-logħob/id-divertiment.  Ir-rijabilitazzjoni tal-Occupational Therapy f’SAMOC tinkludi:

–    Taħriġ mill-ġdid tal-idejn inklużi strateġiji biex jindirizzaw newropatija periferali kkaġunata mill-kimoterapjia u splinting

–    Valutazzjoni u rakkomandazzjonijiet ta’ tagħmir adattiv

–    Ġestjoni tal-istil tal-ħajja inklużi programmi ta’ ġestjoni tal-għeja relatati mal-kanċer, u programmi ta’ terapija ta’ rilassament.

–    Edukazzjoni u taħriġ għal dawk li jagħtu l-kura

–    Valutazzjoni tad-dar, tax-xogħol u tal-iskola u kollegament mas-servizzi ta’ appoġġ tal-komunita.

Dettalji ta’ Kuntatt

  • 2545 2317

Ħinijiet tal-Ftuħ

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:00 – 15:00