Informazzjoni

Deskrizzjoni

Terapisti okkupazzjonali fis-swali tar-Rijabilitazzjoni ġewwa KGRH jivvalutaw lill-pazjenti kollha internati. Mal-ħruġ il-pazjent jista’ jiġi riferut għall-Isptar ta’ Matul il-Jum jew id-dipartiment tal-outpatient OT f’SLH. Referenzi għad-dipartiment tal-outpatients fl-SLH huma aċċettati wkoll direttament minn konsulenti fl-MDH, GP’s fil-komunità kif ukoll professjonisti oħra.

L-Isptar ta’ Matul il-Jum f’KGRH joffri servizzi ta’ OT lil pazjenti li għandhom aktar minn 60 sena. Jiġu riċevuti referenzi mingħand Ġerjatri Konsulenti fl-Isptar ta’ Matul il-Jum jew Medical Out-patients (MOP) f’KGRH. L-Isptar San Luqa joffri riabilitazzjoni ta’ pazjenti adulti minn 17-il sena ‘l fuq.

Is-servizzi O.T huma offruti lil klijenti b’kundizzjonijiet newroloġiċi, korrimenti post-kirurġiċi jew trawmatiċi, anzjani b’patoloġiji multipli li jirriżultaw f’limitazzjonijiet funzjonali u li jeħtieġu appoġġ biex jerġgħu jiksbu ħajja sodisfaċenti.

Is-servizzi tal-OT jinkludu riabilitazzjoni ta’ disturbi fiżiċi, konjittivi, perċettivi u psikosoċjali, valutazzjonijiet ta’ siġġijiet tar-roti u ta’ bilqiegħda, splinting, servizzi ta’ riabilitazzjoni vokazzjonali, edukazzjoni u taħriġ ta’ dawk li jagħtu l-kura u valutazzjoni tad-dar/xogħol.

Dettalji ta’ Kuntatt

Ħinijiet tal-Ftuħ

  • It-Tnejn – il-Ġimgħa: 7:30 – 3:30