Is-Servizzi Tagħna
Deskrizzjoni
Is-Servizzi tat-Teknoloġija Dentali jinkludu prostetiċi fil-provvista ta’ dentaturi, sħaħ jew parzjali, it-tiswija tagħhom u kull alterazzjoni oħra. Is-servizzi ortodontiċi jirreferu għal apparati li jikkoreġu l-pożizzjonijiet tas-snien biex itejbu l-okklużjoni, il-funzjoni, l-estetika u relazzjonijiet kumplikati oħra tax-xedaq. Servizzi speċjalizzati fir- Rikostruzzjoni Maxillo tal-wiċċ ta’ pazjenti trawmatizzati u morda (ġenetikament jew dijanjostikati b’kundizzjoni medika) huma pprovduti wkoll. Dawn jinvolvu rikostruzzjoni tal-wiċċ u obturators. Pazjenti li jeħtieġu apparati ortodontiċi (apparati ortodontiċi speċjalizzati/kumplessi) huma pprovduti wkoll.
It-teknologu dentali huwa Professjonist tal-Kura tas-Saħħa Alleata li jiddisinja, jibni, isewwi jew jaġġusta apparat dentali magħmul apposta. Dawn l-apparati jservu biex jippreservaw it-tessut orali u jtejbu l-abbiltà tal-pazjent li jiekol u jitbissem. Teknoloġi dentali jiffurmaw parti mit-tim dentali. Flimkien mal-kliniċista/dentist huma jistinkaw biex jipproduċu l-aħjar soluzzjonijiet possibbli għall-ħtiġijiet estetiċi u funzjonali tal-pazjent.
Proċedura
Il-Persuna li tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà biex tibbenefika minn dawn is-servizzi tista’ tiġi riferuta minn Konsulent fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa jew mill- kliniċist /dentist tal-familja tagħha.
Eliġibilità
Iċ-ċittadini Maltin jew barranin kollha li għandhom permess ta’ residenza jistgħu jiġu riferuti biex jibbenefikaw mis-servizzi tal-Prostetika. Għall-provvista ta’ apparat ortodontiku, adolexxenti kollha taħt is-16-il sena riferuti minn Kliniċisti huma intitolati li jirċievu apparat ortodontiku jekk ikun meħtieġ.
Dokumenti Meħtieġa
Proċess tal-Back Office
Id-Dipartiment tal-Kirurġija dentali (MDH livell -1) jirċievi referenzi li ġew skrinjati għal dan is-servizz. Jingħataw appuntamenti għall-bidu tal-proċess tas-servizzi tagħna, bil-posta jew bit-telefon. Tingħata prijorità lil każijiet ta’ emerġenza. Id-dettalji kollha tal-pazjent jinżammu fuq sistema tal-kompjuter u jiġi rreġistrat ukoll in-numru ta’ drabi li jingħata appuntament lil individwu.
Il-Kliniċisti jiddokumentaw ukoll id-dettalji ta’ kull konsultazzjoni, li jinżammu fir-rekords tal-pazjenti. Fl-ewwel konsultazzjoni pazjent jiġi evalwat, jiġi preskritt l-aktar apparat xieraq u jittieħed il-kejl kollu meħtieġ. L-apparat imbagħad jiġi ordnat u mmanifatturat fil-laboratorju dentali tal-MDH. Imbagħad jingħata appuntament ieħor lill-pazjent għat-twaħħil u/jew il-kunsinna tal-apparat. Appuntamenti ta’ segwitu ta’ wara l-kunsinna jingħataw skond il-ħtieġa individwali ta’ kull pazjent.
Mistoqsijiet Frekwenti
Mistoqsija: X’inhuma l-apparati dentali?
Tweġiba: Huma apparati magħmula apposta biex itejbu l-funzjoni (tiekol u tomgħod) u l-estetika u jagħtu wkoll appoġġ lill-muskoli tal-wiċċ.
Mistoqsija: X’inhu apparat prostetiku jew ortodontiku?
Tweġiba: Prostetiku jew prosteżi huma dentaturi filwaqt li l-apparati ortodontiċi huma apparati ġeneralment meħtieġa mill-adoloxxenti għall-moviment tas-snien.
Mistoqsija: Fejn hu l-outpatients Dentali?
Tweġiba: Id-Dipartiment tal-Kirurġija Dentali jinsab fil-livell -1 MDH. Meta tidħol mill- entratura prinċipali tal-pjan terran tal-MDH, imxi lejn l-Amministrazzjoni u uża l-lift jew taraġ għal Livell -1.
Mistoqsija: Għandi bżonn riferiment kull darba li jkolli bżonn niċċekkja l-apparat tiegħi jew jekk għandi problema?
Tweġiba: Le. Individwu li għandu problema bl-apparat jew jeħtieġ li jiġi ċċekkjat jista’ sempliċement iċempel għal appuntament.
Kif Tikkuntattjana
Tista’ tikkuntattjana billi:
- Tiġi personalment fl-uffiċċju tagħna
- Tikkuntattjana permezz tat-telefon jew fax
- Tibgħatilna email
L-Uffiċċju Tagħna
Indirizz
Dipartiment tal-Kirurġija Dentali
Taqsima tal-Laboratorju Dentali
Isptar Mater Dei
Msida
MSD 2090
Telefon
Ħinijiet tal-ftuħ
Aħna miftuħa matul il-ħinijiet li ġejjin:
- It-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:00 a.m. – 2:00 p.m.
- Is-Sibt: 7:00 a.m. – 12:00 p.m.
Meta żżur l-Uffiċċju tagħna aħna:
- Ħa naqduk malajr u bil- korteżija u ser inkunu ta’ għajnuna
- Ħa nilqgħuk f’ambjent nadif u akkoljenti
Meta ċċempelna tista’ tistenna li:
- Nwieġbu fil-pront
- Nidentifikaw lilna nfusna