Is-Servizzi Tagħna

Deskrizzjoni

Is-Servizzi Psikoloġiċi fi ħdan id-diviżjoni tas-Saħħa għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u l-benessri psikoloġiku tal-individwi. L-għanijiet ewlenin ta’ dawn is-servizzi huma li joffru appoġġ psikoloġiku, terapija u assessjar għat-tfal, adoloxxenti, adulti u persunal.

Dawn is-servizzi jingħataw permezz ta’ 4 timijiet li jaħdmu f’oqsma differenti:

  • Tim wieħed fis-Saħħa Ġenerali
  • Żewġ timijiet fis-Saħħa Mentali
  • Tim wieħed għat-Tfal u l-Adolexxenti

Proċedura

Il-persuni huma ġeneralment referuti minn speċjalista rikonoxxut fil-qasam rilevanti. Fil-każ ta’ appoġġ tal-persunal, ir-referenzi awtonomi huma aċċettati.

Eliġibilità

Il-persuni kollha li jagħmlu użu mis-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa f’Malta u Għawdex taħt il-prattika kurrenti.

Dokumenti Meħtieġa

Karta tal-Identità jew dokument ieħor ta’ identifikazzjoni u biljett ta’ referenza ffirmat mill-ispeċjalista rilevanti.

Kif Tikkuntattjana

Tista’ tikkuntattjana billi:

  • Tiġi personalment fl-uffiċċju tagħna
  • Tikkuntattjana permezz tat-telefon 
  • Tibgħatilna email/Tiktbilna

L-Uffiċċju Tagħna

Saħħa Ġenerali

Saħħa mentali

Tfal u Adoloxxenti

  • CDAU L-Isptar San Luqa: 2595 1791
  • Klinika għal Servizzi ta’ Pariri għat-Tfal, L-Isptar San Luqa: 2595 1800 / 1799

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-ħinijiet tal-ftuħ tagħna huma:

  • It-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:30 a.m. – 3:00 p.m.