Is-servizz ta’ ħidma soċjali tal-Aġenzija Appoġġ fl-Isptar Mater Dei huwa servizz ħolistiku għal inpatients ta’ kull età li jbatu minn diffikultajiet psikosoċjali minħabba l-kundizzjoni medika u s-sitwazzjoni tagħhom. Dan is-Servizz ta’ Ħidma Soċjali jgħin lill-pazjenti u lill-familji tagħhom ilaħħqu ma’ trawma fiżika u emozzjonali kkawżata mid-dħul tagħhom fl-isptar. Jgħin ukoll lill-pazjenti biex jieħdu deċiżjonijiet u bl- adattamenti fit-tħejjija għall-ħruġ tagħhom mill-Isptar.
Proċedura
Kwalunke pazjent fl-Isptar Mater Dei jista’ jibbenefika mis-Servizz ta’ Ħidma Soċjali billi jitlob lill-infermier inkarigat mis-sala / tabib / konsulent / fiżjoterapista / terapista okkupazzjonali biex jikkuntattja lit-taqsima ta’ Ħidma Soċjali. Barra minn hekk, kull professjonist li jaħdem fl-Isptar Mater Dei jista’ jirreferi lil kull pazjent tiegħu/tagħha lis-Servizz tal-Ħidma Soċjali jekk jidhirlu li jkun meħtieġ, wara li l-pazjent jagħti l-kunsens tiegħu/tagħha għal din ir-referenza.
Eliġibilità
Kull pazjent fl-Isptar Mater Dei jista’ jibbenefika minn dan is-servizz.
Dokumenti Meħtieġa
Formola ta’ konsultazzjoni trid timtela minn professjonisti li jaħdmu fis-swali tal-MDH.
Proċess tal-Back Office
Meta pazjent jiġi riferut għal intervent ta’ ħidma soċjali, il-professjonist li jirreferi l-pazjent jimla formola ta’ referenza. Imbagħad ħaddiem soċjali li jaħdem f’kollegament mill-qrib mas-sala partikolari minn fejn isir ir-referenza, iżur il-pazjenti, jagħmel assessjar, jidentifika l-bżonnijiet u flimkien mal-pazjent, ifassal pjan ta’ azzjoni.
Mistoqsijiet Frekwenti
Mistoqsija: L-outpatients tal-Isptar Mater Dei ukoll jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz?
Tweġiba: Inpatients biss jistgħu jibbenefikaw mis-servizz bl-eċċezzjoni ta’ riferimenti mill-Klinika ta’ Qabel it-Twelid (Outpatients)
Mistoqsija: X’jiġri meta pazjent, li kien qed jirċievi servizz ta’ ħidma soċjali waqt li kien l-isptar, jmur lura d-dar?
Tweġiba:Wara l-ħruġ mill-Isptar, il-ħaddiemsoċjalijibqa’ jsegwikażsaxaharwara,jekkikunhemmbżonn. Jekkmeta jerġa’ lurad-dar, il-pazjentxortajkunjeħtieġassistenza, il-ħaddiemsoċjalijirreferihgħalaktargħajnuna, skont il-bżonnijietpartikolari ta’ dik il-persuna.