Deskrizzjoni

Il-fiżjoterapisti jgħinu lin-nies biex jgħixu b’kundizzjonijiet fit-tul, biex jiċċaqilqu u jiffunzjonaw b’mod indipendenti kemm jista’ jkun. Il-fiżjoterapisti jagħtu l-akbar livell ta’ prijorità lill-bżonnijiet tar-residenti fl-interventi kollha tagħhom.

Dan id-dipartiment għandu l-għan li

  • Jipprovdi l-aħjar Servizzi ta’ Fiżjoterapija possibbli lill-Faċilità fit-Tul ta’ San Vinċenz De Paul u lis-setturi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-kura tal-anzjani.
  • Ikun ċentru ta’ informazzjoni għal persuni anzjani, carers (professjonali u oħrajn) u studenti.
  • Ikun parti integrali mis-servizzi għall-anzjani fi kwalunkwe komunità li jkunu qed joqogħdu.

Servizz ta’ Inpatient

  • Residenti fil-Faċilità ta’ Kura fit-Tul ta’ San Vinċenz De Paul.
  • Persuni anzjani ddaħħlu għal serħan fl-SVP.

Servizz ta’ Outpatient

  • Servizzi ta’ Outpatient għall-Anzjani (60+) u membri tal-persunal tal-SVP.
  • Ir-riferiment tat-tabib huwa meħtieġ u t-trasport huwa pprovdut.

Servizzi Kliniċi jikkonsistu minn:

  • Ir-residenti kollha li jiddaħħal fl-SVP huma evalwati mill-fiżjoterapista.
  • Skont ir- riżultati tal-valutazzjoni jiġi fformulat pjan ta’ trattament.
  • Dan isir f’ambjent ta’ tim interprofessjonali.
  • Screening perjodiku tar-residenti mill-fiżjoterapista u l-maniġer tas-sala biex tiġi żgurata kopertura sħiħa tal-provvista tal-kura tal-fiżjoterapija.
  • Li tiġi żgurata komunikazzjoni xierqa mal-carers tar-residenti, professjonali u oħrajn, fl-ambjenti differenti u taħt aġenziji ta’ impjieg differenti.

Dettalji ta’ Kuntatt

Dipartiment tal-Fiżjoterapija
Faċilità ta’ Kura fit-Tul ta’ San Vinċenz de Paul
Triq l-Imgieret
Luqa

Numru tat-telefon: 2291 2219 / 2291 2252

Ħinijiet tal-Ftuħ

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:30 a.m. – 3:30 p.m.​